It-Taqsima tal-Pariri dwar il-Viża fi ħdan l-Uffiċċju għas-Servizzi
Konsulari hija punt ta’ riferiment li tipprovdi pariri ġenerali lil
ċittadini Maltin dwar jekk dawn għandhomx bżonn
viża jew le biex jivvjaġġaw lejn pajjiżi
terzi għal skop speċifiku u għal tul ta’ żmien speċifiku.
Għal vjaġġar ‘il barra minn Malta
żur din l-informazzjoni:
- Għal lista ta’ pajjiżi li jippermettu dħul mingħajr
viża (taħt ċerti ċirkostanzi u kundizzjonijiet li jridu jiġu
sodisfatti) għal ċittadini Maltin detenturi ta’ passaport ordinarju
Malti, jekk jogħġbok agħfas hawn (Tabella I).
- Għal lista ta’ pajjiżi li għalihom ċittadini
Maltin b’passaport ordinarju Malti jista’
jkollhom bżonn viża, jekk jogħġbok agħfas hawn (Tabella II).
Dawn iż-żewġ
tabelli għandhom jinqraw flimkien billi tibda’ tiċċekkja l-informazzjoni taħt
Tabella I u jekk il-kriterji ma jaqblux maċ-ċirkostanzi tiegħek tiċċekkja
l-informazzjoni taħt Tabella II.
Għal Uffiċjali Pubbliċi li ser jivvjaġġaw ‘il barra miż-żona Schengen tal-Unjoni Ewropea fuq xogħol uffiċjali :-
- Ir-rekwiżiti
u l-proċeduri tal-viża għal Uffiċjali Pubbliċi ta’ Malta jistgħu ivarjaw minn
dawk li jinsabu f’Tabella I u II. Għaldaqstant, dawn l-Uffiċjali huma mitluba
jikkuntattjaw immedjatament it-Taqsima tal-Pariri dwar il-Viża malli jsiru jafu
li potenzjalment ser ikunu mistennija jsiefru fuq xogħol, anke jekk it-tali safar
ikun għadu ma ġiex ikkonfermat, mhux aktar tard minn tlett (3) ġimgħat qabel
id-data maħsuba għall-ivvjaġġar.
- Uffiċjali Pubbliċi Maltin għandhom jimlew Formola A malli jirċievu
indikazzjoni li se jkunu mitluba jivvjaġġjaw barra mill-U.E. fuq xogħol
uffiċjali u jibgħatuha fuq consular.mfet@gov.mt
indirizzata lit-Taqsima tal-Pariri dwar Viża.
L-uffiċjali huma mitluba jaqraw in-Noti ta' struzzjonijiet jekk jiġu
infurmati li għandhom bżonn viża.
Punt ta’ kuntatt għal informazzjoni dwar il-Viża għal ċittadini Maltin
Kwalunkwè talba għal parir dwar il-viża għandha ssir
billi tintbagħat imejl jew iċċempel lit-Taqsima
tal-Pariri rigward Viża. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok agħfas
hawn.
Ċaħda ta' responsabbiltà
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u
l-Kummerċ mhuwiex responsabbli għall-ħruġ ta’ viżi lil ċittadini Maltin minn stati
barranin. Ir-rekwiżi tal-viża għal
ċittadini Maltin li se jsiefru huma invarjabbilment
suġġetti għal bidliet mill-pajjiżi ospitanti. Il-Ministeru jagħmel ħiltu kollha
sabiex jipprovdi informazzjoni korretta li tkun
uffiċjalment disponibbli għalih fil-ħin tas-sottomissjoni tat-talba
għall-informazzjoni. L-informazzjoni relatata mar-rekwiziti
tal-viża inkluża f’dan id-dokument huma biss
indikattivi u maħruġin biex jassistu lid-detenturi ta’
Passaport ordinarju Malti. Għaldaqstant
il-Ministeru m'għandux jinżamm responsabbli għal kwalunkwè varjazzjoni fl-informazzjoni
provduta. L-applikant jista’ jivverifika r-rekwiżiti b'mod indipendenti minn
dan is-servizz. Hija r-responsabbiltà taċ-ċittadin
konċernat li t-talba għal informazzjoni tkun sottomessa qabel id-data
ppjanata tat-tluq. L-informazzjoni għandha wkoll tkun iċċekkjata aktar qrib tad-data tat-tluq, jekk
il-mistoqsija tkun tpoġġiet xhur qabel is-safra.
Vjaġġar lejn Malta
It-Taqsima tal-Pariri dwar
il-Viża mhijiex responsabbli biex tagħti pariri lil ċittadini mhux Maltin dwar
vjaġġjar lejn Malta.
Ċittadini barranin li qed ifittxu parir dwar il-viża biex jivjaġġaw lejn
Malta għandhom jikkonsultaw direttament mas-Central Visa Unit (CVU) fi ħdan
il- Ministeru għall-Intern, Sigurta’, Riformi u
Ugwaljanza.
Jekk
is-Central Visa Unit tavża lil xi ħadd sabiex jikkuntattja lill-Ministeru
għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ta’ Malta, wieħed għandu
jibgħat imejl fuq visa.mfet@gov.mt