Pariri Dwar Vjaġġar

Pariri Dwar Vjaġġar

Introduzzjoni

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ joffri pariri dwar vjaġġar fuq is-sit elletroniku tiegħu biex il-pubbliku ġenerali jkun infurmat dwar xi kundizzjonijiet eżistenti barra minn Malta li jistgħu jaffettwaw is-sigurta’ ta’ ċittadini Maltin li qed jivvjaġġaw, jaħdmu jew jgħixu barra.


X’inhu l-Parir dwar Vjaġġar?

Parir dwar vjaġġar jagħti tagħrif dwar is-sigurta’ f’pajjiżi partikolari. Huwa maħruġ fuq bażi ta’ żviluppi dwar is-sigurta’ madwar id-dinja. Il-pariri dwar vjaġġar huma riveduti u aġġornati skont tibdil fil-livell ta’ riskju għaċ-ċittadini Maltin.

Il-Pariri dwar vjaġġar huma kategorizzati f’livelli differenti skont valutazzjoni globali tas-sigurta’ fuq il-post fil-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk jista’ jkun hemm livelli differenti ta’ sigurta’ għal reġjuni differenti fl-istess pajjiż.

Minhabba l-pandemia attwali r-riskju li wieħed jinqabad u ma jkunx jista’ jirritorna Malta huwa possibbli, u jkun barra mill-kontroll tal-Ministeru. Taħt ċerti ċirkostanzi r-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari tagħna ma jkunux jistgħu jassistu.

Aġġornament dwar l-ivvjaġġar lejn u minn Malta - 10.05.2022

Mill-11 ta’ April 2022, il-persuni kollha li jaslu Malta minn pajjiż fil-lista l-ħamra (kif dettaljat fuq: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/health-promotion/covid-19/Pages/travel.aspx) mhux se ikunu meħtieġa jissottomettu għal xi perjodu ta' kwarantina sakemm, mal-wasla tagħhom f'Malta ikollhom, jew ċertifikat ta' tilqim jew PCR test negattiv tal-Covid-19 magħmul mhux aktar minn 72 siegħa qabel il-wasla f’Malta jew Rapid Antiġen Test (RAT) COVID-19 negattiv li sar mhux aktar minn 24 siegħa qabel il-wasla f’Malta; jew ċertifikat ta’ rkupru minn COVID-19 validu għal mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel riżultat pożittiv ta’ PCR test għal-COVID-19. Kull min jasal Malta mingħajr wieħed mid-dokumenti msemmija hawn fuq ikun meħtieġ jissottometti ruħu għal perjodu ta’ kwarantina.

Tfal taħt is-6 snin li jaslu Malta se jkunu eżenti milli juru xi wieħed minn dawn ta’ hawn fuq u mhux se jkunu meħtieġa jagħmlu kwarantina.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit li ġej:
https://deputyprimeminister.gov.mt/en/health-promotion/covid-19/Pages/travel.aspx​

Għal aktar kjarifiki dwar kwistjonijiet relatati mal-miżuri tal-protokoll tas-saħħa jew ċertifikati tal-vaċċin ġentilment ikkuntattja l-helpline COVID-19 tal-gvern ta ’Malta fuq +356 21324086.


Suġġetti Konsulari:

Għal suġġetti konsulari b’rabta mal-COVID-19 wieħed jista’ jagħmel kuntatt maċ-Ċentru għas-Sitwazzjonijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ fuq:

Helpline: (356) 22042200

Attwalment wieħed jista’ jsib pariri dwar vjaġġar għall-pajjiżi li ġejjin:
(Għafas fuq l-isem tal-pajjiż għal tagħrif iktar dettaljat)


Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbilta’ legali

Il-pariri dwar vjaġġar maħruġa mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ huwa servizz ta’ gwida għall-pubbliku. Dan huwa ntiż sabiex jgħin liċ-ċittadini Maltin jieħdu deċiżjonijiet infurmati qabel isiefru barra l-pajjiż. Pariri dwar vjaġġar huma mogħtija kif inhuma, mingħajr garanzija espliċita jew impliċita li l-pariri dwar vjaġġar fuq dan is-sit elettroniku jkunu disponibbli l-ħin kollu jew f’kull ħin, u li t-tagħrif mogħti huwa komplut jew aġġornat f’kull ħin. 

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ma jiħux u ma jistax jieħu deċiżjonijiet għaċ-ċittadini Maltin dwar jekk, meta u kif għandhom jgħixu, jaħdmu, jew fejn jivvjaġġaw. Id-deċiżjoni biex tgħix, taħdem jew tivvjaġġa barra hija personali u għalhekk il-Ministeru mhu responsabbli għall-ebda deċiżjoni f’dan ir-rigward. Iċ-ċittadini Maltin huma responsabbli għas-sigurta’ tagħhom infushom, partikolarment kull fejn hemm sitwazzjoni ta’ sigurta’ inċerta. 


Kif iżżomm ruħek aġġornat bil-pariri dwar vjaġġar

Ċittadini Maltin jistgħu iżommu ruħhom aġġornati bil-pariri dwar vjaġġar billi jsegwu l-pariri dwar vjaġġar fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ.


Malta Travel Point

Bil-ħsieb li jkun eqreb lejn iċ-ċittadini Maltin, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ​ nieda applikazzjoni fuq il-mowbajl bl-isem Malta Travel Point. Din l-applikazzjoni, li tista’ titniżżel b’xejn mill-App store jew Google play għandha l-għan li tinforma ċittadini Maltin li jkunu msiefrin dwar x’għandhom jagħmlu f’każ li jsibu ruħhom f’diffikultà. Il-Malta Travel Point hija sors siewi ta’ informazzjoni sempliċi u diretta, u hija aċċessibbli kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Għaldaqstant, jekk xi ħadd isib ruħu f’diffikultà waqt li jkun imsiefer kull m’għandu jagħmel hu li jikkonsulta mat-tagħrif provdut u jagħmel kuntatt skont kif meħtieġ sew jekk għandu bżonn servizz ta’ emerġenza fi sptar jew aċċess għal għassa tal-pulizija fil-viċinanzi, kif ukoll jekk irid jagħmel kuntatt ma’ xi rappreżentanza Maltija barra minn xtutna. Bis-saħħa ta’ din l-applikazzjoni, individwi jistgħu jaċċessaw in-numri tat-telefown li jkollhom bżonn fil-ħin meta l-aktar jeħtieġuhom. Din l-applikazzjoni tagħmel parti mill-firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet tal-Gvern li jinsabu fil-Maltapps.
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
18, Zachary Street
Valletta
Malta
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta, VLT 1211
Malta
172, Melita Street
Valletta
Malta

Telefown
2124 2191
2124 2191

Fax
2123 6604
2123 6604

Imejl