Home - Franza






  • If you have coronavirus symptoms dial 111 or 2132 4086
  • If you are stuck abroad and need assistance dial 00356 2204 2200
  • If you are in quarantine and need help, including food or medicine delivery, dial 2141 1411
  • If you need education-related advice dial 2598 1000

Fid-dawl tal-kriżi dinjija tal-COVID-19, minbarra n-numru ġeneriku tal-Ambaxxata 01 56 59 75 90, l-Ambaxxata tista' tintlaħaq ukoll fuq: 01 56 59 75 96, u; 01 56 59 75 97



Għandi pjaċir nilqagħkom fis-sit tal-Ambaxxata tar-Repubblika ta' Malta f'Pariġi.

Ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u Franza ġew formalment stabbiliti ftit wara li Malta kisbet l-Indipendenza fl-1964, madankollu r-rabtiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi  jmorru lura ferm aktar u għandhom għeruq soda fl-istorja. Il-belt kapitali ta' Malta, il-Belt Valletta, hija xhieda ta' dan, wara li ġiet msemmija għall-Gran Mastru Franċiż tas-seklu sittax, Jean Parisot de la Valette.

Matul is-snin, Malta u Franza kkonsolidaw l-iskambji bilaterali u l-kollaborazzjoni qawwija tagħhom f’diversi oqsma u fil-livelli kollha fi spirtu ta' ħbiberija. Is-sħubija tagħna ħadet sinifikat akbar wara l-adeżjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004.

L-għan tal-Ambaxxata huwa li tkompli taħdem biex tibni fuq u ssaħħaħ aktar r-rabtiet sodi li jgħaqqdu Malta u Franza, u biex tesplora toroq ġodda ta' kooperazzjoni fl-isferi politiċi, ekonomiċi, kummerċjali, kulturali, xjentifiċi u tekniċi fost l-oħrajn, għall-benefiċċju reċiproku tal-poplu Malti u Franċiż. L-Ambaxxata hija impenjata wkoll li tipprovdi servizz konsulari effiċjenti u effettiv liċ-ċittadini kollha Maltin fi Franza.

Nispera li ssibu dan is-sit, l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Ambaxxata, u s-servizzi li noffru, utli. Jekk tkunu teħtieġu aktar informazzjoni mitlubha tikkuntattjawna.