Home - Turkija
International Fellowship Programme with the Malta Medicines Authority






  • If you have coronavirus symptoms dial 111 or 2132 4086
  • If you are stuck abroad and need assistance dial 00356 2204 2200
  • If you are in quarantine and need help, including food or medicine delivery, dial 2141 1411
  • If you need education-related advice dial 2598 1000

Ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika tat-Turkija kienu stabbiliti fl-1967, jiġifieri ftit wara li Malta kisbet l-indipendenza.  Matul is-snin, dawn ir-relazzjonijiet żviluppaw u ssaħħew. Malta fetħet il-Konsolat tagħha f’Istanbul fl-2009 u t-Turkija fetħet l-Ambaxxata tagħha f’Malta fl-istess sena. Malta fetħet l-Ambaxxata taghħa fit-Turkija fl-2017 propju f’għeluq il-ħamsin sena minn meta kienu stabbiliti r-relazzjonijiet diplomatiċi.

L-għan ewlieni tal-Ambaxxata ta’ Malta f’Ankara hu li tkompli tibni fuq dak li sar matul is-snin u, b’hekk, tkattar ir-relazzjonijiet u r-rabtiet kemm politiċi u ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi ħbieb. L-Ambaxxata, flimkien mal-Konsolat Ġenerali tagħha f’Istanbul, hi mpenjata li tipprovdi s-servizzi tagħha b’mod effiċjenti.

Għaldaqstant, nistednuk iżżur din il-website biex tkun tista’ tiskopri il-potenzjal ta’ Malta bħala ċentru ta’ investiment finanzjarju tal-aqwa livell, kif ukoll bħala post turistiku bi storja twila u kultura Ewro-Mediterranja.