Palazzo Parisio

Palazzo Parisio



Palazzo Parisio
 
Fil-bidu ta’ triq il-Merkanti jew Strada San Giacomo hekk kif kienet imsejħa fi żmien il-ħakma tal-Ordni tal-Kavallieri, jinsab Palazzo Parisio fejn illum wieħed isib il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
 
L-art fejn illum jinsab il-Palazz kienet oriġinarjament maqsuma f’żewġt idjar okkupata mis-sidien il-Kavallier Michael Fonterme de la Chiesa u Francesco This. Il-bini kien mixtri mill-Bali ta’ Manosca, Comm. Fra Giovanni de Ventimiglia tal-Langue De Provence. Fl-1717 iż-żewġt idjar ingħataw lil Donna Maria Sciberras tal-familja Ventimiglia.
 
Wara mewtha, id-djar intirtu minn binha Monsignior Domenico Sceberras, li kien l-Isqof titulari t’Epifanja. Il-bini kien jikkonsisti f’żewġt idjar tal-familja Ventimiglia li ġew imwaqqa’ u nbena l-Palazz preżenti li nsibu llum mibni fuq stil t’arkitettura klassika. Id-diżinjatur Malti Antonaci Grech magħruf bħala Naċi iddiżinja il-ħitan tal-Palazz. L-isqof Monsignior Domenico Sceberras miet fil-25 ta’ Ġunju 1744 u l-propjetà waqgħet f’idejn oħtu, Donna Margerit Muscat.
 
Fl-1796 Malta waqgħet taħt il-ħakma Franċiża u l-propjetarju tal-Palazz ta’ dak iż-żmien kien il-Kavallier Paolo Parisio Muscati. Napuljan Bonaparte niżel Malta fit-12 ta’ Ġunju 1798 u ħa taħt idejh il-Palazz bħala kwartieri Franċiżi fejn hu maħsub li nħataf minn idejn il-propjetarju il-kavallier  Parisio jew li ġie mogħti minn għandu stess. Fil-waqfa tiegħu f’Malta qabel ma kompla l-vjaġġ tiegħu biex jaħkem l-Eġittu, Napuljan Bonaparte kien residenti f’dan il-Palazz mit-12 sat-18 ta’ Ġunju 1798.
 
Fl-20 ta’ Novembru 1800, il-Kmandant tal-espedizzjoni tal-Eġittu Sir Ralph Abercrombie wasal Malta abbord l-HMS Diadem, u bħal Napuljun kien residenti fil-Palazz sal-20 ta’ Diċembru.
 
Wara l-mewt tal-propjetarju, fejn wara għadda għat-titlu ta’ Sir Paolo Parisio, il-Palazz għadda minn diversi ħsarat u sidien sakemm il-Gvern ħa l-Palazz f’idejh u ġie użat bħala uffiċċju tal-Posta. Is-sular ta’ fuq tal-Palazz ġie mtella’ wara l-ewwel gwerra dinjija. Parti sostanzjali mill-Palazz sofra minn diversi ħsarat estensivi kawżati mill-bombardamenti tal-għadu matul it-tieni gwerra dinjija.
 
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ġie trasferit mill-Old Chancellory li kien jinsab fil-Pjazza tal-Palazz għal Palazzo Parisio f’Ottubru tal-1973.
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
18, Zachary Street
Valletta
Malta
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta, VLT 1211
Malta
172, Melita Street
Valletta
Malta

Telefown
2124 2191
2124 2191

Fax
2123 6604
2123 6604

Imejl