Direttorat Servizzi Korporattivi

Direttorat Servizzi Korporattivi

Direttur, Servizzi Korporattivi
 
Mr Tonio Briguglio


Direttorat tas-Servizzi Korporattivi

Id-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi huwa responsabbli mill-amministrazzjoni, Riżorsi Umani, Finanzi u joffri funzjoni ta’ support ġenerali lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.
 
 
Assistant Direttur, Finanzi u Accounts
 
Sur Daniel Bugeja


Finanzi u Accounts

Is-Sezzjoni tal-Finanzi u Accounts hija maqsuma kif ġej:
  1. Is-Sezzjoni tal-Accounts tal-Head Office li timmaniġġja l-baġit tal-Head Office. 
  2. Is-Sezzjoni tal-Missions Accounts hija responsabbli mill-awditjar tal-accounts tal-Ambaxxati.
  3. Is-Sezzjoni tax-Xiri hija responsabbli għat-tfassil u l-implementazzjoni ta’ proċessi ta’ xiri li jwasslu għall-ħolqien ta’ kuntratt għal xiri ta’ affarijiet, servizzi jew xogħolijiet hekk kif iddettat mill-Liġijiet Nazzjonali tax-Xiri kif ukoll hekk kif iddettat minn ċirkolarijiet oħra.  Dawn tal-aħħar jistgħu ikunu struzzjonijiet mid-Dipartiment tal-Kuntratti jew Dipartimenti oħra responsabbli mill-Green Public Procurement.  Il-proċess ta’ xiri jibda’ permezz ta’ talba bil-miktub għal xiri liema document jinkludi dettalji ta’ min qed jitlob dan ix-xiri, karatteristiċi tal-oġġett jew servizz jew xogħol, kif ukoll stima ta’ kemm se jiġi jiswa dan il-proġett.  It-taqsima tax-xiri tassigura li hemm il-fondi neċessarji għal dan il-proġett.  Ladarba jispiċċa dan il-proċess, jibda proċess ieħor ta’ xiri skont kif inhu meħtieġ abbażi tal-istima.  Dan il-proċess jinkludi ġbir ta’ stimi jew publikazzjoni ta’ offerti minn tender skont il-ħtieġa. 
  4. Is-Sezzjoni tal-Ivvjaġġjar tieħu ħsieb il-bzonnijiet kollha fejn jidħol ivvjaġġjar tal-Ministeru.
 

Assistant Direttur, Riżorsi Umani

Sur Shaun Bonello


Sezzjoni tar-Riżorsi Umani
 
Is-Sezzjoni tar-Riżorsi Umani tmexxi l-funzjoni tar-riżorsi umani tal-Ministeru.  Din is-sezzjoni tieħu ħsieb toħroġ ittri tal-ħatra, tieħu ħsieb il-Performance Management Programme tal-uffiċjali u żżomm lista aġġornata tal-impjegati.  L-uffiċjali f’din is-sezzjoni huma mibgħuta korsijiet regolarment sabiex dawn iżommu ruħhom aġġornati mal-aħħar żviluppi fil-qasam.
 
Is-sezzjoni tar-Riżorsi Umani hija s-sezzjoni ċentrali fuq dak li għandu x’jaqsam ma riżorsi umani, kemm f’Malta kif ukoll għal dawk l-uffiċjali li jinsabu jaħdmu ġewwa l-ambaxxati ta’ Malta, u dan jinkludi il-proċess li ġej:-
 
  1. Tħejjija tal-abbozz ta’ sejħiet għall-applikazzjonijiet li ġew approvati fil-capacity building sabiex jimtlew postijiet/pożizzjonijiet vakanti fil-Ministeru u tittieħed l-azzjoni meħtieġa sakemm il-proċess jiġi ffinaliżżat meta jinħarġu l-appointments/kuntratti.
  2. Iż-żamma ta’ records dwar il-promozzjonijiet, progressions, estensjonijiet ta’ kuntratti u żidiet fis-salarju (increments) tal-uffiċjali kollha fil-Ministeru skont il-proċeduri kollha fil-Public Service Management Code (PSMC).
  3. L-ipproċessar tas-salarji inklużi l-aġġustamenti li jkunu meħtieġa.
  4. Iż-żamma ta’ records dwar Vacation Leave/Home Leave u Sick Leave tal-uffiċjali kollha tal-Ministeru.
  5. Iż-zamma ta’ records tal-uffiċjali kollha li jibbenefikaw minn miżuri favur il-familja sabiex jiġi aċċertat illi l-proċedura korretta qegħda tiġi mplementata speċjalment fejn jidħlu estensjonijiet jew twaqqif tal-benefiċċji. 
  6. Moniteraġġ ta’ moviment ta’ ħaddiema u ż-żamma ta’ database b’informazzjoni personali tal-uffiċjali kollha fil-Ministeru.  Din tiġi aġġornata regolarment kull xahar.
  7. Moniteraġġ ta’ kull reklutaġġ u estensjoni ta’ kuntratti tal-Locally Engaged Personnel.
  8. Servizz t’assistenza lill uffiċjali li jiġu posted barra minn Malta, f’dawk li huma arranġamenti loġistiċi skont il-Conditions of Service u follow-up neċessarji.
  9. L-Amministrazzjoni ta’ xogħol li għandu x’jaqsam ma’ miżuri ta’ dixxiplina skont l-istruzzjonijiet li jiġu mingħand il-kap tad-dipartiment u tittieħed azzjoni dixxiplinarja immedjata skont il-PSMC.
  10. It-tqassim ta’ ċirkolarijiet maħruġa mill-PAHRO, Dipartimenti/ EEAS / SNE lill-uffiċjali li jaħdmu fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, kemm Malta, kif ukoll barra minn Malta u uffiċjali fuq unpaid leave.
  11. Il-koordinazzjoni tar-Registries.
  12. Sorveljanza tas-servizz ta’ support għall-istaff kollu inkluż il-minor staff.


Missions Abroad Training Unit (MATU)

Din is-Sezzjoni responsabbli li tikkordina l-bzonnijiet tal-Ambaxxati Maltin mall-Ministeru. 
Is-Sezzjoni hi responsabbli wkoll:
  1. Tipprovdi taħriġ lill-uffiċjali qabel ma’ jiġu assenjati mall-Ambaxxati Maltin;
  2. Tikkordina l-preparazzjoni tal-posting tal-uffiċjali;
  3. Trasferimenti tal-uffiċjali bejn l-Ambaxxati Maltin;
  4. Tikkordina proġetti tal-Ambaxxati mall-Ministeru;
  5. Tevalwa t-twettiq tax-xogħol tal-Ambaxxati Maltin;
  6. Tgħin fil-bzonnijiet kollha tal-Ambaxxati Maltin.


Registry

Is-sezzjoni tar-Registry hija l-gwardjana tal-files tal-Ministeru.  Din hija wkoll maqsuma fi tnejn - Confidential Registry u Open Registry.  Il-Confidential Registry tieħu ħsieb files li mhumiex għal ċirkolazzjoni wiesgħa.  Dawn jinkludu files sigrieti.  Din ir-registry iżżomm ukoll ftehim/kuntratti iffirmati minn Malta matul is-snin.  L-uffiċjali li jaħdmu f’din is-sezzjoni jimmaniġġjaw ukoll korrispondenza sigrieta.  L-Open Registry tieħu ħsieb files ġenerali liema files jistgħu jiġu iċċirkolati mal-uffiċjali kollha tal-Ministeru.  Dawn ir-Registries jinsabu f’żewġ postijiet, ġewwa Palazzo Parisio u d-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi.  Ir-Registry ġewwa Palazzo Parisio hija maqsuma wkoll f’sezzjonijiet li jaqdu lill-Protocol, Relazzjonijiet Bilaterali u Affarijiet Multilaterali.
Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
18, Zachary Street
Valletta
Malta
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta, VLT 1211
Malta
172, Melita Street
Valletta
Malta

Telefown
2124 2191
2124 2191

Fax
2123 6604
2123 6604

Imejl