L-ewwel Forum Virtwali għaż-Żgħażagħ Maltin li Jgħixu barra minn Malta

L-ewwel Forum Virtwali għaż-Żgħażagħ Maltin li Jgħixu barra minn Malta

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 30, 2022
 

Fis-17 ta’ Settembru 2022, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ f’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ tella’ l-ewwel Forum Virtwali għaż-Żgħażagħ Maltin li Jgħixu Barra minn Malta bit-tema: ‘Irrid nagħmel Kuntatt: l-Ilsien Malti, il-Kultura u l-Identità.’

 

Dan l-avveniment kien parti mill-iStrateġija tal-Politika Barranija Maltija maħsub sabiex isaħħaħ il-viżjoni ta’ Malta Globali fost Żgħażagħ Maltin li jgħixu barra minn Malta.  Wara li l-Forum infetaħ b’messaġġi mill-President ta’ Malta, il-Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ rispettivament, żgħażagħ Maltin minn madwar id-dinja ingħataw il-ħin sabiex jesprimu l-ideat u l-fehmiet tagħhom dwar il-ġejjieni ta’ Malta fi tliet gruppi differenti.

 

Dak li rriżulta minn dan il-Forum ser jiġi diskuss internament u temi relevanti li tqajmu ser jiġu ppreżentati lill-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta sabiex potenzjalment tissokta d-diskussjoni u jittieħdu deċiżjonijiet fl-aħjar interess tad-dijaspora Maltija.  Huwa f’dan l-ispirtu illi l-Ministeru jrid iwitti t-triq ’il quddiem lejn il-fażi li jmiss tal-viżjoni tiegħu li jsaħħaħ il-kunċett ta’ Malta Globali permezz ta’ aktar konnettivita’ u t-tisħiħ ta’ dak li jagħmilna tassew Maltin.


VirtualYouthForum-1.JPG

VirtualYouthForum-2.JPG