Id-Dipartiment ta Koordinazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Id-Dipartiment ta Koordinazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Id-Dipartiment ta Koordinazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EU Coordination Department – EUCD) fi ħdan il-Ministeru  għall-Affarijiet Ewropej huwa responsabbli mill-koordinazzjoni interna ġenerali tal-Gvern fuq setturi u dwar kwistjonijiet relatati mal- UE bil-għan li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva ta' Malta fl-istrutturi tal-UE u fit-tfassil tal-politika fi żmien xieraq, b’approċċ konsistenti u koerenti. Id-Dipartiment huwa wkoll responsabbli għall-koordinazzjoni tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-UE.


 

Il-Kompetenzi Ġenerali 


 

L-EUCD huwa parti mill-istruttura amministrattiva tal-Gvern u jservi bħala dipartiment ta’ koordinazzjoni għall-politika mal-UE. Id-Dipartiment ifittex li jiżgura li l-partijiet interessati kollha, jiġifieri kemm il-Ministeri ewlenin, kif ukoll l-entitajiet u l-agenziji tal-Gvern, ikunu infurmati u kkonsultati sabiex jittieħdu deċiżjonijiet fil-ħin. Dan jippermetti lir-rappreżentanti tal-Gvern jipparteċipaw b’mod effettiv fil-laqgħat kollha fuq livell Ewropew. Għalkemm id-Dipartiment m’huwiex direttament responsabbli għall-introduzzjoni ta’ liġijiet ġodda, huwa nkarigat bil-koordinazzjoni għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-acquis tal-UE.


L-EUCD huwa responsabli li jikkordina il-pożizzjoni tal-Gvern għal diversi diskussjonijiet li jsiru fi ħdan l-istutuzzjonijiet  Ewropej, kif ukoll ma’ Stati Membri oħra. Huwa  responsabbli wkoll li jassigura li l-Instruction/Briefing Notes jaslu fil-ħin għand ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta fl-UE, kif ukoll għand dawk l-uffiċċjali jew rappreżentanti tal-Gvern li jipparteċipaw fil- kumitati, Working Parties u laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri u dawk tal-Kunsill Ewropew.


Id-Dipartiment huwa responsabbli li jmexxi l-ħidma fit-tħejjija għall-Kumitat Inter-Ministerjali għall-Affarijiet ta’ l-UE, li jinkludi l-koordinazzjoni tat-tfassil ta' dokumenti interni u dokumenti li jikonsolidaw il-pożizzjoniijiet meħtieġa għal teħid ta’ deċiżjoni  ġusta u skont il-ħtieġa. Id-Dipartiment jiffaċilita l-mod ta’ kif tasal fil-ħin il-firxa wiesgħa ta’ informazzjoni bejn ir-Rappreżentanza Permanenti u l-Ministeri rispettivi u joffri linja gwida fir-rigward ta’ oqsma differenti ta’ politika. Id-Dipartiment għandu wkoll funzjoni ta’ “trouble shooting” f`dak li huwa arbitraġġ fuq kwistjonijiet bejn il-Ministeri.


Id-Dipartiment huwa wkoll responsabbli biex isegwi l-implimentazzjoni tal-acquis adottat f'konformità mal-iskadenzi miftehma, kemm f'termini ta' adozzjoni, kif ukoll f’ implimentazzjoni legali.


Barra minn hekk, id-Dipartiment huwa responsabbli mill-koordinament taż-żjarat esterni (bħal minn istituzzjonijiet tal-UE u korpi konsultattivi) u l-preparazzjoni tal-materjal ta' informazzjoni meħtieġa għall-laqgħat rispettivi.


Sabiex iwettaq id-dmirijiet tiegħu, bħalissa d-Dipartiment ta' Koordinazzjoni ta’ l-UE huwa maqsum f`ħames taqsimiet. Dawn huma COREPER I, COREPER II, it-taqsima Legali, dik tal-Parlament Ewropew u  Inter-Ministerjali, u dik responsabbli mill-Amministrazzjoni.

 

Viżjoni: Sħubija bi skop: Li nagħmlu Malta suċċess bis-sħubija fl-UE.


Missjoni: Li niżguraw il-parteċipazzjoni effettiva ta' Malta fl-istrutturi ta’ l-UE, fit-tfassil tal-politika, filwaqt li nikkordinaw  it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE bla xkiel.


Valuri: Nimmiraw li nżommu l-ogħla standards ta’ integrita’ fl-azzjonijiet kollha tagħna, fil-waqt li nivvalutaw il-ħaddiema tagħna, ninkoraġġixxu l-iżvilupp  u nippremjaw il-prestazzjoni tagħhom.

 

Indirizz
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ
Palazzo Parisio
Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT 1171
Malta
18, Zachary Street
Valletta
Malta
331, Allied House
St. Paul Street,
Valletta, VLT 1211
Malta
172, Melita Street
Valletta
Malta

Telefown
2124 2191
2124 2191

Fax
2123 6604
2123 6604

Imejl