L-E.T. Clint Tanti Jippreżenta L-Ittri ta' Kredenzjali bħala Ambaxxatur tar-Repubblika ta' Malta għar-Renju tal-Belġju

L-E.T. Clint Tanti Jippreżenta L-Ittri ta' Kredenzjali bħala Ambaxxatur tar-Repubblika ta' Malta għar-Renju tal-Belġju

Numru ta' Referenza:  , Data ta' l-Istqarrija : Set 22, 2022
 
Fil-21 ta’ Settembru 2022, l-Eċċellenza Tiegħu Clint Tanti ppreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu bħala l-Ambaxxatur tar-Repubblika ta’ Malta għar-Renju tal-Belġju lill-Maestà Tiegħu Philippe, Re tal-Belġjani. Iċ-ċerimonja tal-Preżentazzjoni tal-Kredenzjali saret fil-Palazz Irjali, is-sede uffiċjali tal-Maestà Tiegħu fi Brussell, il-Belġju.

Wara l-Preżentazzjoni tal-Kredenzjali, l-Ambaxxatur Tanti kellu udjenza privata mal-Maestà Tiegħu r-Re, li matulha ż-żewġ naħat enfasizzaw ir-rabtiet eċċellenti bejn Malta u l-Belġju, li jsibu l-għeruq tagħħom fi kważi sittin sena ta’ relazzjonijiet bilaterali. Barra minn hekk, l-E.T. l-Ambaxxatur Tanti u l-M.T. ir-Re Philippe iddiskutew oqsma fejn potenzjalment tiżdied il- kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Il-Maestà Tiegħu r-Re feraħ lill-Ambaxxatur Tanti għal-ħatra tiegħu, filwaqt li awgura li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Belġju jkomplu jiżviluppaw fis-snin li ġejjin.

L-Ambaxxatur Tanti kien akkumpanjat mis-Sur Omar Agius, Viċi Kap tal-Missjoni u Konslu. Mal-wasla tagħha fil-Palazz Irjali, id-delegazzjoni Maltija ġiet milqugħa b’Gwardja tal-Unur.

Ambassador Tanti presented his Letters of Credence to the Kingdom of Belgium to His Majesty Philippe