"Li jgħaqqadna hi n-namra għal dan it-tip ta’ xogħol. Naħdmu mal-Affarijiet Barranin u nfittxu l-aħjar interessi għal pajjiżna, fejn niżguraw li jiġu milħuqa l-għanijiet tal-politika barranija ta' Malta dwar kwistjonijiet bilaterali u multilaterali. Dan ifisser li nidħlu f'dawk li għandhom x'jaqsmu r-relazzjonijiet bejn Malta u organizzazzjonijiet internazzjonali. Dax-xogħol ma nagħmluhx għall-paga. L-għan tagħna hawnhekk hu li naraw l-isem ta' pajjiżna hemm fuq, b’mod pożittiv.
Huwa ta' sodisfazzjon li tirrappreżenta lil pajjiżek u b'dak li studjajt, tagħmel użu tajjeb għall-ġid ta' Malta. Nitkellmu ħafna bejnietna. Naraw fejn naqblu u fejn ma naqblux. Ngħinu lil xulxin, u mill-bagalja li għandna, noffru l-ħiliet tagħna biex bħala tim naslu noffru l-aħjar soluzzjonijiet.”
Michela – “L-istorja u l-interess lejn dak li qed jiġri hemm barra, jinteressani. X'ġara f'pajjiżna fl-imgħoddi dejjem kont kurżitajra biex inkun nafu. Fil-fatt, fl-istudji tiegħi għażilt li nagħmel Masters in Diplomatic Studies. L-interess u l-għarfien li kelli dwar l-Ewropa u l-użu tal-lingwi għenuni biex nidħol naħdem fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta' Malta.”
Lynette – “Lili dejjem interessawni s-suġġetti marbuta mal-paċi u jdejquni l-kunflitti. Bħalissa għandi l-opportunità biex naħdem fuq dan il-qasam; qed naħdem fuq l-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għan-Nisa, Paċi u Sigurtà (Women, Peace and Security National Action Plan).”
Joann – “Tgħallimt u skoprejt kif pajjiż jirrelata ma' oħrajn. Inħobb naħdem f'tim. Bħalissa hu ħin importanti għal Malta għax qed inservu bħala membru elett tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.”
Id-diplomazija tikber fina, tgħixha u tużaha għall-benefiċċji ta' pajjiżek. Mhux dejjem daqshekk faċli li tidħol b'mod diplomatiku u tibqa' f'attitudni diplomatika. Jinteressak u ma jinteressakx, int hemm barra, dak li jiġi deċiż se jaffettwak, u jekk mhux issa fl-immedjat, l-impatt jaf ikun fit-tul. Għalkemm aħna pajjiż żgħir, għandna diversi opportunitajiet. Aħna ma nħallux il-kobor tad-daqs tagħna jiddetta x'nistgħu nagħmlu jew ma nagħmlux. Għandna vot fl-Assemblea Ġenerali daqs il-pajjiżi l-kbar. Hawnhekk qatt ma tieqaf titgħallem. Tispiċċa f'sitwazzjonjiet li ma bsartx li se tkun fihom. Ix-xogħol tagħna jiftaħlek ħafna bibien u opportunitajiet." - Joann Camilleri, Michela Maria Zammit, Lynette Camilleri
_
JIEN IS-SERVIZZ PUBBLIKU. Kampanja informattiva li qed issir b’kollaborazzjoni bejn The People of Malta u d-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tas-Servizz Pubbliku
... See MoreSee Less